Poeżiji
‘Għal Charles Bezzina l-poeżija hija mod ta’ ħajja, jew aħjar hija l-istess ħajja. Hemm fil-versi. Hemm fir-ritmi.Hemm fit-timwiġ metaforiku, sintattitku, ritmiku u prosodiku, l-istess taħbit tal-qalb. Huwa hawnhekk li l-poeta jsib ruħu fi mkienu, huwa dak l-imkien magħmul minn dawn il-ħsejjes foniċi li jitkellmu jgħajtu u li jgħidulu li huwa tagħhom.
Huwa l-istess ritmu għaddej jirritma lill-istess ħajtu, jobnilu lill-istess ħajtu. Jagħmillu lill-istess ħajtu.’
Tarċisju Zarb