Għajjat il-Kelma!
Logħba għall-familja kollha
Plejer minn kull tim irid iwassal lil sħabu biex jaqtgħu l-kelma eżatta fil-kard billi jiddeskrivi u jagħti ħjiliet, iżda ma jistax juża l-ħames kelmiet li hemm miktubin fuq il-kard. Xi drabi ma tkunx daqshekk faċli, iżda din hija logħba li tiggarantixxi sigħat ta’ pjaċir u divertiment bejn il-familjari u l-ħbieb.
• logħba li tista’ tinġarr u tintlagħab kullimkien
• logħba li ssaħħaħ il-ħila tal-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni fi grupp
• tħaddem ukoll il-ħila tal-assoċjazzjoni billi l-plejers iridu jippruvaw jiddeskrivu u jassoċjaw il-kelma tal-kard ma’ oġġetti oħra li b’xi mod huma relatati magħha
• il-karti jippreżentaw ukoll lista sabiħa ta’ vokabolarju differenti li kulħadd jista’ jitgħallem minnu
• l-element tal-ħin iżid fl-eċitament u l-pjaċir tal-logħba
il-kontenut
250 kard b’500 kelma, klessidra ta’ 60 sekonda
età: 7+