Il-vera mhabba. Dik li ggaghlek thoss sentiment profond ghal xi hadd li tkun ghadek qatt ma rajt qabel. U dik l-imhabba bejn missier u bint.
Daqqa ta’ harta.
F’dik il-frazzjoni ta’ mument qabel ma lahqet tathielu, Alba ndunat li dak il-wicc dahqan kien jappartjeni lil guvni twil, ghajnejh cari blu bl-isfar ikangi go fihom.
Il-hin kien waqaf. Ghajnejha f’ghajnejh. Izda issa kien tard wisq.
Deshan beda johrog mal-habiba taghha Zara. Lejl ta’ maltemp.
X’jigri bejn Deshan u Alba? U dakinhar tal-festin ta’ gheluq snin habibitha?
Ilhna fid-dlamijiet. Libsa mcarrta.
Ghalfejn Alba kienet thoss li l-mewt ta’ Zara kienet fuq spallejha?
X’rabta kien hemm bejn missier Alba u Deshan?
Ballu tal-maskri. Il-Milied. Strangier fuq vapur. Notamenti.
Dan ir-rumanz huwa rakkont emozzjonali fuq il-vera mhabba b’element sopranaturali li jqanqallek kurzita’ halli tiskopri t-tmiem tieghu li mhux mistenni.
Daqqa ta’ harta?
Daqqa ta’ harta kienet il-bidu ta’ kollox.
Nixtieq inregga’ l-arlogg lura.
Halli inti tkun tieghi.
Tieghi biss.
Sal-ahhar nifs.