Stejjer li jistgħu jinqraw lit-tfal kif ukoll mit-tfal. Stejjer ta’ ħafna emozzjonijiet u immaġinazzjoni – perfetti biex it-tfal jikbru jħobbu l-qari u l-ħolm …
Illum il-bard imma Ġakki ma jridx jilbes ix-xalla li ħititlu l-mamà. Irid bilfors imur l-iskola liebes ta’ pirata! Il-mamà tħallih jagħmel dak li jrid… sakemm Ġakki l-ġiraff jiltaqa’ ma’ sħabu tal-iskola… u mnieħru jibda’ jqattar…
Tema: qed nikber