Din il-gabra ta’ disa’ stejjer sejra tmexxikom lejn postijiet li qatt ma tixtiequ tmorru fihom, fejn tiltaqghu ma’ nies u hlejjaq li allahares ikollkom thabbtu wicckom maghhom fil-hajja ta’ kuljum. Fost dawn insibu vampiri, nies hziena, tfal milquta minn kundizzjoni misterjuza u qattiela.
Imbaghad insibu lil dawk li jaghmlu ftehim bejniethom biex iwettqu att kriminali li jispicca hazin. L-effett ta’ dan jibqa’ jigri warajhom sakemm ma jkunux jifilhu aktar it-toqol tal-wahx li jaqa’ fuqhom ma’ kull pass li jaghtu.
Il-holm ukoll inissel il-biza’ f’min f’hajtu jkun habb izzejjed lil mara li mietet mewta tragika u baqa’ jimxi warajha sakemm hajtu tnin u jerga’ jiltaqa’ maghha… imma mhux fil-holm ta’ matul il-lejl.
It-tifla tax-xitan ukoll tixref rasha f’dawn l-istejjer u ggib biza’ u taqtigh il-qalb ghal min ikollu x’jaqsam maghha. Min jista’ jiqfilha kreatura bhal din li ghandha s-setgha li teqred lil kull min jipprova jwaqqaf l-iskopijiet malinni taghha?
U x’kienet dik id-difna stramba li ghamel id-deffien tac-cimiterju? Kien difen bosta katavri f’xoghlu imma kien hemm wiehed partikolari ghal qalbu…