IAlfio Calandro, li kien għadu kemm tilef l-aħħar battalja bejn Napli u Milan u li kien ministru ta’ Ludovico l-Moro jinqatel fi triq dejqa u bil-qtil tiegħu jeħel Raimondo Brando, għax hekk stqarr il-qattiel Lanfranco. Hu kien mibgħut jagħmel dan l-assassinju minn Marco Caccia, konti ta’ Navara, li ma riedx li Brando jingħata xi setgħa u lanqas riedu jinnamra ma’ bintu Laura. Iżda bl-għaqal kollu tiegħu u bl-għajnuna ta’ xi ħbieb, Raimondo Brando jasal biex idawwar lill-Venezjani kontra Caccia billi jixlih bħala traditur u assassin. Caccia jispiċċa maqful fil-ħabs…