2 Stejjer fi Ktieb Wieħed
Bomblu u t-Tafal
Fu]]aru kien qed jistenna t-temp jibbnazza biex imur jiġbor ftit tafal sabiex jagħmel affarijiet bih. Ibnu Bomblu tħajjar imur miegħu meta semgħu jgħid, iżda Bomblu reġa’ għamilha! Li ma kienx għal missieru, min jaf kif kien se jispiċċa!
Bomblu u l-Pastizzi
Jum minnhom Bomblu qajmitu r-riħa ta’ pastizzi li kienet qiegħda taħmi ommu u, għalkemm din preparatlu tnejn, għal Bomblu ma kinux biżżejjed. Waqgħetlu żaqqu u mar biex jieħu iżjed, imma malajr ħadha t-tagħlima talli ma semax minn ommu!