Mir-Renji Maestużi
F’post imbiegħed hemm re inkwetat, prinċipessa kapriċċuża u kokka kemxejn imqarqċa. Dawn it-tlieta bejniethom, bil-karattri u l-personalitajiet tagħhom, isibu ruħhom f’kobba mħabbla ambjentata f’kastell meraviljuż.
Kif tista’ tiddejjaq jekk tgħix f’kastell mgħammar minn kollox, servut u indukrat bl-aqwa mod? Però, mhux kulħadd jaħsibha l-istess!
Hawn min m’għandux sabar u jispiċċa jidħol bejn il-basla u qoxritha f’avventura liema bħalha. Kif jgħidu, mitt bniedem mitt fehma!