Stejjer li jistgħu jinqraw lit-tfal kif ukoll mit-tfal. Stejjer ta’ ħafna emozzjonijiet u immaġinazzjoni — perfetti biex it-tfal jikbru jħobbu l-qari u l-ħolm …
Ottu huwa kangarù ċkejken. Li kien għalih ma joħroġx mill-but tal-mamà tiegħu. Għax hemm ġew kien protett minn kollox. Imma Ottu beda jikber u jikber u jikber … u ma kienx fadal biżżejjed spazju għalih. L-annimali kollha għamlu l-almu tagħhom biex iġegħluh joħroġ, sakemm darba waħda … wasal għeluq sninu!
Tema: l-awtonomija u li tikber