Madwar mejda f’Paceville, post li Anton Sammut jirrendih speċi ta’ metafora ta’ kundizzjoni umana, il-qarrej-semmiegħ jistenna li jsib minn kollox.
F’dan id-dawl l-isem tar-rumanz stess jindika dan. Paceville u Lil Hinn Minnu: it-test tal-wiċċ jirrakkonta lil ‘Paceville’ li jidher, waqt li t-test tal-qiegħ jinstab ‘lil hinn minnu’, u għalhekk ma jidhirx, jiġifieri joffri interpretazzjoni tiegħu, li ma tidhirx. Il-fiżiku u l-metafiżiku huma mlaqqgħin flimkien. Huwa hawnhekk li jiżvolġi l-isbaħ aspett tad-diskors tiegħu kollu: it-tlaqqigħ tal-insinifikanti u tal-assolut flimkien…
– Prof. Oliver Friggieri