Juanita Gomez, mara ta’ hamsa u tletin sena li romlot meta kellha biss tletin sena. Kellha zewgt itfal, Pepita u Antonio, li ppruvat trabbihom bl-ahjar mod li setghet.
Pepita Gomez, billi hija zeffiena gustuza immens, tigbed l-attenzjoni ta’ diversi rgiel li jkunu jixtiequ johorgu maghha. Wiehed minn dawn l-irgiel huwa Miguel Lopez—sinjurun li jkun qed jimpjega lil Pepita—li johrogha tqila u ma jkunx irid jaf izjed la bit-tfajla u wisq inqas bit-tarbija.
Biex tghaxxaq, koppja ghajjurin li jkunu tilfu t-tarbija tat-twelid taghhom ghal aktar minn darba, jisirqu t-tarbija ta’ Pepita minn gewwa l-isptar u jrabbuha huma.
Ir-rieda tal-vendetta fuq Miguel, u d-dispjacir li tinsterqilha t-tarbija, iwasslu lil Pepita fi stat ta’ genn.
Rumanz ambjentat fi Spanja f’perjodu ta’ taqlib kbir minhabba li tkun riesqa l-elezzjoni generali tal-pajjiz.